TOP

BASIS: Full-Time
REF: ROCS20365

CLOSING DATE: June 23 2019
Section: ROCS GROUP



ROCS Group qieghda tfittex persuna motivata u habrieka biex tahdem bhala parti mit-tim tal-manutenzjoni taghha. ROCS ghandha diversi binjiet, hwienet u ufficini madwar Malta, u tehtieg persuna b’attitudni posittiva li lesta taghti s-sapport lid-diversi divizjonijiet taghha.

 

Il-persuna li se tintghazel trid tkun taf tahdem f’tim, izda wkoll fuq bazi indipendenti, b’livell minimu ta’ edukazzjoni ta’ O-Level, u li trid tkun thossha komda tikkomunika bl-Ingliz u bil-Malti. Il-kandidati li se japplikaw ghandu jkollhom lizenzja tas-sewqan valida u kondotta tal-Pulizija nadifa.

 

Esperjenza f’dawn l-oqsma hi ta’ vantagg:

-              Manutenzjoni bazika ta’ djar, ufficini, taghmir u ghamara;

-              Manutenzjoni bazika ta’ karozzi u li dawn jinzammu b’mod sigur u nodfa b’tindif minn gewwa u tehid ghal manutenzjoni professjonali;

-              Plastering (tikhil), tibjid, u tqeghid ta’ madum;

-              Tehid ta’ azzjoni korrettiva fejn jidhlu problemi fis-sistemi tal-elettriku;

-              Tehid ta’ azzjoni korrettiva fejn jidhlu problemi fis-sistemi tal-ilma;

-              Ippjanar ghall-manutenzjoni regolari ta’ bini, karozzi, u tag?mir;

-              Manutenzjoni bazika bhal tindif ta’ air conditioners;

-              Xoghol fl-injam bhall-manifattura u l-manutenzjoni ta’ ghamara jew aperturi;

-              Sewqan b’deliveries, inkluz li persuna thott u tqieghed oggetti u kaxxi;

-              Xoghol relatat ma stock keeping;

-              Interazzjoni ma' klijenti tal-kumpanija biex tikseb hlas, firem, ecc u biex taghti l-ircevuti relatati maghhom.

 

F’dan ir-rwol, il-persuna maghzula se tuza vetturi tal-kumpanija, u ghaldaqstant ghandha zzomm records tal-uzu tal-vetturi, kif ukoll ircevuti relatati maghhom. Il-vetturi tal-kumpanija ghandhom jintuzaw biss meta l-persuna tkun qieghda twassal hwejjeg u oggetti tal-kumpanija, jew nies relatati mal-kumpanija fuq ordnijiet tas-superjuri taghha.

Il-persuna maghzula tista’ tkun imsejha ghax-xoghol barra mill-hinijiet tal-ufficcju, u esperjenza f’xoghol simili hija mehtiega. Il-pakkett finanzjarju li se jigi offrut huwa wiehed attraenti.

 

L-uzu ta’ termini fil-femminil japplika ghall-generi kollha.

We're always on the look out for talent!

Fill in the form and we'll be in touch!

Full Name:
Mob:
Email:
Covering Letter:
CV:
Photo: